Din hija paġna web.

M’hawnx ħafna hawn.

Kliem biss.

U int qed taqrah.

Sirna ossessjonati b’disisnji frivoli, layouts rejattivi, u skripts li joħolqu maġija.

Iżda l-iżjed għodda b’saħħitha fuq il-web tibqa’ dejjem il-kliem.

Ktibt dan il-kliem, u int qed taqrahom: dak maġiku.

Jiena qiegħed f’belt żgħira fil-British Columbia; int probabli qiegħed x’imkien ieħor. Jien ktibt dan filgħodu kmieni, fl- 20 ta’ Ġunju, 2013; int probabli qed taqrah f’ħin ieħor. Jien ktibt dan fuq il-laptop tiegħi; inti tista’ tkun qed taqrah minn fuq il-mobile, it-tablet jew id-desktop.

Int u jien stajna nikkomunikaw għax jien ktibt danu int qed taqrah. Dik hija l-web. Minkejja d-differenzi fil-lokalitajiet, mezzi, u z-zoni tal-ħin nistgħu nikkomunikaw hawnhekk, fuq sempliċi paġna HTML.

Ktibt dan f’text editor. Hu 6 kb. Ma kelliex bżonn Sistema tal-Immaniġjar tal-Kontenut, diżinjatur tal-grafika, jew żviluppatur tas-software. M’hemmx tant kodici fuq din il-paġna, sempliċiment markup għall-paragrafi, ġerarkija, u emfażi.

Niftakar ngħallem lil binti l-kodiċi tal-HTML meta kellha 8 snin. L-ewwel ħaġa li kitbet kienet storja ta' squirrel. M’hemmx "tant kodici"; hi kienet qed taqsam xi ħaġa mad-dinja. Ma setgħetx temmen li stegħet tikteb storja fuq il-kompjuter tad-dar, imbgħad tippublika biex tara d-dinja. Ma kienx jimpurta mill-HTML, kien jimpurta biss li taqsam l-istejjer tagħha.

Int għadek taqra.

Aħseb fuq l-affarijiet kollha li tista’ tikkomunkia b’paġna sempliċi bħal din. Jekk int negozjant, tista’ tbiegħ xi’ħaġa. Jekk int għalliem, tista’ tgħallem xi ħaġa. Jekk int artist, tista’ turi xi ħaġa li għamilt int. U jekk kliemek hu tajjeb, in-nies jaqrawh.

Jekk int diżinjatur tal-web, jew klijent li qed taħdem ma wieħed, nixtieq nisfidak biex taħseb fil-kliem l-ewwel. Minflok ma tibda minn gwida ta’ l-istil jew xi mockup f’Photoshop, ibda bi kliem fuq paġna.

X’għandek x’tgħid? Jekk ma tafx, għalxejn iżżid il-frilli l-oħra kollha. Ibda b’paġna waħda, iffoka fuq oġġett wieħed. Ikteb fuqu u ppublikah, imbad ibqa’ rranga fuqu. Kull darba li tkun se żżid xi ħaġa, staqsi lilek innifsek: dan se jgħini nikkomunika aħjar? Dak l-istil ġdid, l-istampa jew link se jgħinu lil dak li qed nikkomunika miegħu jifihmni aħjar? Jekk it-tweġiba hi "le", iżżidhiex.

Fil-qalba taghħa, id-disinn tal-web għandu jkun il-kliem. Il-kliem ma jiġux wara li d-disinn ikun lest. Il-kliem hu l-bidu, il-qalba, l-oġġettiv.

Ibda bil-kliem.

Grazzi,
Justin Jackson

Translator: Vanessa GaleaEnglish version